Lokali Mużika

Illejla l-ewwel semi finali tal-Eurovision Song Contest

Malta tkanta fl-aħħar post

Fid-9 tal-lejla jitla’ s-separju fuq il-65 edizzjoni tal-Eurovion Song Contest… avveniment mistenni ferm mill-poplu Malti u Għawdxi.

Destiny, fuq palk ikkulurit u akkumpanjata minn erba’ żeffiena, se tkun l-ahhar illi tkanta l-kanzunetta taghha Je Me Casse.

Diversi mezzi soċjali kellhom kliem ta’ tifħir għall-prestazzjoni ta’ Destiny sa issa, fosthom is-sit tal-BBC illi faħħar il-qawwa ta’ leħinha… fejn Malta hija waħda mill-favoriti li tirbaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena.


F’intervista li kellha mal-istazzjon Ingliz, Destiny qalet li kemm-il darba saqsiet lill-vocal coach tagħha jekk hux qed iddejjaq lin-nies fil-lukanda minħabba li kienet qed tagħmel rehearsals kważi l-ħin kollu…. bit-tweġiba tkun, li hekk hemm bżonn.

It-Tnejn filgħaxija Destiny kantat quddiem il-ġurija internazzjonali tal-pajjiżi kollha li llejla se jivvutaw fl-ewwel semi finali. Il-votazzjonu tal-lejla se tkun 50% voti tal-ġurtija u 50% televoting.

Fi stqarrija l-EBU qalet li minħabba problemi tekniċi fit-tagħmir li l-kantanti jilbsu f’widnejhom, Malta ngħatat ċans ieħor sabiex terġa’ tagħti l-prestazzjoni tagħha.

Fil-jiem ta’ qabel, Destiny ma setgħetx tieħu sehem fil-ftuħ tal-Eurovision minħabba li membri minn delegazzjonijiet oħra li kienu qed joqogħdu fl-istess lukanda tagħa, irriżultaw pożittivi għall-COVID.

Il-pajjiżi li se jieħdu sehem fl-ewwel semi finali huma l-Litwanja, is-Slovenja, ir-Russja, l-Iżvezja, l-Awstralja, North Macedonia, l-Irlanda. Ċipru, Norway, Kroazja, il-Belġjum, l-Iżrael, ir-Romanija, l-Azerbajġan, Ukraine u Malta.

Destiny se tkun l-aħħar waħda li titla’ fuq il-palk ta’ Rotterdam. U llejla jridu jgħaddu għaxar pajjiżi.