Internazzjonali Mużika

Imut il-kant-awtur Taljan Franco Battiato

Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt tal-kantant Sqalli Franco Battiato. Hu kellu 76 sena.

Deskritt bħala is-Surmast ta’ Katanja, Battiato jibqa’ imfakkar għal diversi kanzunetti li daħlu fl-istorja, fosthom il-popolari ‘Centro di gravità permanente’.

Hu kien ukoll irrapreżenta lill-Italja fil-festival tal-Eurovision fl-1984.

Franco Battiato jibqa’ imfakkar ukoll għall-ħsieb filosofiku tiegħu, u għall-pinna unika li kellu. Tant li ħafna kienu jirreferu għalih bħala “ġenju” fil-mod kif isawwar il-kitba.