Futbol Sport

Jirritornaw il-partitarji fil-Premier League… Chelsea jgħelbu lil Leicester

Fir-ritorn tal-paritarji fl-istadiums tal-Premier League Chelsea resqu pass eqreb lejn post fil-UEFA Champions League hekk kif għelbu lil Leicester 2-1. Chelsea marru fil-vantaġġ permezz ta’ ANTONIO RUDIGER fis-47 minuta, b’JORGINHO jirdoppja fis-76 mill-ħdax-il metru. Leicester dehru li se jidħlu fil-partita fis-76 minuta permezz ta’ KELECHI IHEANACHO iżda Chelsea għarfu jiddefendu r-riżultat għal skor finali ta’ 2-1.

Manchester United kienu miżmuma mit-tim li diġa’ huma relegati Fulham, fi draw ta’ 1-1. Man Utd fetħu l-iskor fil-15-il minuta b’konklużjoni mill-bogħod ta’ EDINSON CAVANI li qabbeż min fuq il-gowlkiper Alphonse Areola għal 1-0. Minkejja dan Fulham ġabu l-gowl tad-draw fis-76 minuta meta minn cross ta’ Bobby Reid kien JEO BRYAN li bir-ras tefa’ għeleb lil David De Gea għal sor finali ta’ 1-1.

Iċ-champions Man City kienu megħluba barra minn darhom minn Brighton bl-iskor ta’ 3-2. Man City marru fil-vantaġġ fit-2 minuta permezz ta’ IIKAY GUNDOGAN iżda ftit minuti wara spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers wara li tkeċċa Joao Cancelo għal foul fuq Danny Welbeck. Madankollu fit-48 minuta PHIL FODEN irdoppja għal Man City bi ġmiel ta’ gowl, biex żewġ minuti wara bdiet ir-rimonta ta’ Brighton, b’gowl ta’ Leandro Trossard. Il-gowl tad-draw għal Brighton wasal fit-72 miknuta meta minn cross ta’ Pascal Gross kien ADAM WEBSTER li bir-ras għeleb lil Ederson għal 2-2. Brighton komplew bir-rimonta tagħhom fis-76 minuta hekk kif marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ permezz ta’ DANIEL BURN, għal iskor finali ta’ 3-2.

F’partita oħra f’St.Mary’s Stadium Leeds għelbu lil Southampton bl-iskor ta’ 2-0. Għal Leeds skorjaw PATRICK BAMFORD fit-73 minuta, wara pass ta’ Rpdrygo, u TYLER ROBERTS fil-95 minuta, biex taw rebħa oħra lil Marcelo Bielsa.

Illum : Chelsea v Leicester 2-1, Brighton v Man City 3-2, Man Utd v Fulham 1-1, Southampton v Leeds 0-2, Għada: Everton v Wolves 7.00pm, Newcastle v Shefield United 7.00pm, Tottenham v Aston Villa 7.00pm, Crystal Palace v Arsenal 8.00pm, Burnley v Liverpool 9.15pm, West Brom v West Ham 9.00pm