Il-coach Janne Andersson sejjaħ l-iskwadra ta’ 26 player għall-Euro 2020 fejn spikka n-nuqqas tal-attakkant ta’ 39 sena Zlatan Ibrahimovic wara li weġġħa ma’ Milan fil-partita kontra Juventus. Ibrahimovic irritorna mat-tim nazzjonali fil-waqfa internazzjonali ta’ Marzu li għadda wara li kien ħabbar li rtira fl-2016.
Intant fl-iskwadra jispikka wkoll l-player ta’ 23 sena Jordan Larsson li huwa iben il-leġġenda Żvediża Henrik. L-Iżvezja se jkunu qed jilagħbu fi Grupp E flimkien ma’ Spanja, il-Polonja u l-Islovakkja.
Is-26 player magħżula minn Andersson huma:
Goalkeepers: Robin Olsen (Everton), Karl-Johan Johansson (FC Copehnhagen), Kristoffer Nordfeldt (Genclerbirligi);
Difensuri: Mikael Lustig (AIK), Victor Lindelof (Manchester United), Andreas Granqvist (Helsingborgs IF), Martin Olsson (BK Hacken), Ludwig Augustinsson (Werder Bremen), Filip Helander (Rangers), Emil Krafth (Newcastle), Pontus Jansson (Brentford), Marcus Danielson (Dalian Professional);
Midfielders: Sebastian Larsson (AIK), Albin Ekdal (Sampdoria), Marcus Berg (IFK Goteborg), Emil Forsberg (RB Leipzig), Alexander Isak (Real Sociedad), Gustav Svensson (Guangzhou City), Ken Sema (Watford), Viktor Claesson (Krasnodar), Mattias Svanberg (Bologna), Kristoffer Olsson (Krasnodar);
Attakkanti: Dejan Kulusevski (Juventus) Robin Quaison (Mainz 05), Jordan Larsson (Spartak Moscow), Jens Cajuste (FC Midtjylland).
//= $special ?>