Karim Benzema reġa ssejjaħ fl-iskwadra ta’ Franza wara nuqqas ta’ sitt snin hekk kif għamilha fl-iskwadra ta’ Didier Deschamps għall-Euro 2020. Fil-jiem li ġejjin Benzema mistenni wkoll jiffirma kuntratt ġdid ta’ sentejn ma’ Real Madrid.
Deschamps għażel li jsejjaħ ukoll lill-midfielder ta’ Juventus Adrien Rabiot kif ukoll lid-difensur ta’ Sevilla Jules Kounde li għalieh din se tkun l-ewwel esperjenza mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu. Fl-iswkadra jispikka wkoll n-nuqqas tal-attakkant ta’ Manchester United Anthony Martial u d-difensur ta’ Milan Theo Hernandez. Franza li se jkunu wieħed mit-timijiet favoriti li jirbaħ dan it-tournament se jkunu qed jilgħabu fi Grupp F mal-Ġermanja, Portugall u l-Ungerija.
L-iskwadra ta’ Franza għall-Euro 2020 hija:
Goalkeepers: Hugo Lloris (Tottenham Hotspur), Mike Maignan (LOSC Lille) & Steve Mandanda (Olympique de Marseille)
Difensuri: Lucas Digne (Everton), Leo Dubois (Olympique Lyonnais), Lucas Hernandez (Bayern Munich), Presnel Kimpembe (Paris Saint-Germain), Jules Kounde (Sevilla), Benjamin Pavard (Bayern Munich), Raphael Varane (Real Madrid), Kurt Zouma (Chelsea) & Clement Lenglet (FC Barcelona)
Midfielders: N’Golo Kante (Chelsea), Paul Pogba (Manchester United), Adrien Rabiot (Juventus), Moussa Sissoko (Tottenham Hotspur) u Corentin Tolisso (Bayern Munich)
Attakkanti: Karim Benzema (Real Madrid), Kingsley Coman (Bayern Munich), Ousmane Dembele (FC Barcelona), Olivier Giroud (Chelsea), Antoine Griezmann (FC Barcelona), Marcus Thuram (Borussia Monchengladbach), Wissam Ben Yedder (AS Monaco), Thomas Lemar (Atletico Madrid) u Kylian Mbappe (Paris Saint-Germain)
//= $special ?>