Lokali Parlament

Irridu nibagħtu messaġġ qawwi dwar il-korrettezza fil-politika

Il-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler

Il-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler sostna li l-Uffiċċju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika għandu jkun promotur biex jintbagħat messaġġ qawwi favur il-korrettezza fil-politika u l-ħajja pubbliku.

Il-Kumitat Parlamentari għax-Xogħol tal-Kamra ddiskuta r-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards bil-parteċipazzjoni tal-Kummissarju George Hyzler. L-estimi tal-Kummissarju kienu maqbula bejn il-membri tal-Kumitat.

Il-Kummissarju George Hyzler tkellem dwar l-importanza li jintbagħat messaġġ li permezz tal-Kodiċi tal-Etika, il-politiċi huma responsabbli. Dawn il-Kodiċi kienu pass kuraġġjuż, sostna l-Kummissarju Hyzler, li kkummenta li l-kariga ta’ Kummissarju ma tistax tkun popolari minħabba li jagħmel x’jagħmel mhux se jintgħoġob.

Il-lenti tkun iktar fuq il-gvern tal-ġurnata milli fuq l-Oppożizzjoni għalkemm qlajt ukoll kritika mill-Oppożizzjoni fis-sens wiesgħa tal-kelma, sostna l-Kummissarju Hyzler, li qal li għandu jkun immirat l-istandards jgħolew.

Ipprovajt inkun il-vuċi tas-sens komun, irrimarka George Hyzler, li tkellem dwar il-fatt u l-konsegwenzi li l-Kummissarju għall-Istandards ma kienx ikkunsidrat bħala uffiċjal tal-parlament għall-Ombudsman.

Hu tkellem ukoll dwar ir-rapporti li hu jagħmel dwar rakkomandazzjonijiet u qal li t-twaqqif tal-Uffiċċju kien impenn tal-parlament li jgħollu l-istandards tal-politiċi.

Il-Kummissarju Hyzler qal li fost ir-rakkomandazzjonijiet li għamel ken hemm il-laxkezza fil-mod kif jintefqu l-fondi pubbliċi. F’sentejn u nofs kien hemm 94 ilment li minnhom 68 kienu deċiżjoni; minn dawn kien hemm 12 fejn instabet ħtija li minnhom tmienja kienu riżolti bil-proċedura u erba’ tressqu quddiem il-Kumitat.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li hu ħadem ħafna biex ikun stabbilit l-Uffiċċju għall-Istandards u espriema nuqqas ta’ qbil ma’ diversi aspetti tar-rapport tal-Kummissarju Hyzler fosthom dwar rulings mogħtija. Hu kkrtika lill-Kummissarju għax daħal f’diskussjoni pubblika mal-Ispeaker fuq deċiżjoni tal-Ispeaker u appella biex tingħata attenzjoni biex meta jkun hemm proċeduri fil-qorti ma jkunx hemm konflitt li jista’ jiddisturba s-saltna tad-dritt bejn l-istituzzjonijiet.

Hu semma’ lid-deputat Laburista Rosianna Cutajar u qal li għall-korrettezza biex il-konklużjonijiet isiru kemm jista’ jkun malajar.

L-Ispeaker insista fuq il-kroretta u qal li fil-karreira tiegħu hu wettaq diversi invetsigazzjonijiet kbar fosthom investiga Kummissarju tal-Pulizija. “Jien batejt għall-korrettezza”, sostna l-Ispeaker Anġlu Farrugia.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-gvern kien ħass l-importanza tal-kariga u għalhekk tfassal l-Uffiċċju tal-Istandards. Hu appella biex ir-rwol tal-Uffiċċju tal-Kummissarju biex ma jintużaw bħala għodda politika biex deputati nkunu investigati b’mod frivolu.

Dan iwassal biex l-Uffiċċju jista’ jitlef mir-rispett, sostna d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, li appella biex dan l-Uffiċċju jservi wkoll bħala punt ta’ riferenza u pariri lid-deputati.

Chris Fearne qal li l-Kummissarju ma jistax iħossu ‘l fuq mil-liġi u għandu jaċċetta li jkun kritikat bl-istess mod li hu jikkritika. Hu sostna li jħoss li l-Kummissarju qed ikun sensittiv iżżejjed dwar il-kritika li ssir lejh.

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius qal li l-Uffiċċju għandu rwol importanti għall-pajjiż u appella biex ir-rispett li għandhom l-awtoritajiet ikun imsaħħaħ. Hu qal li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għandu jwassal biex id-deputati jtejbu l-istandards tagħhom. Minflok attakki, għandu jsir djalogu mal-Uffiċċju tal-Istandards, sostna David Agius, li qal li l-poliika għaddejja minn sitwazzjoni fejn qed isiru attakki iżda m’hemmx difiża. Hu tkellem fuq l-importanza li jitfasslu linji gwida.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis kkritika l-fatt li qed ikun hemm rapporti li dwarhom ma jkunx hemm l-informazzjoni neċessarja u m’għandux ikun hemm sitwazzjoni li jsiru investigazzjonijiet fuq kull ħaġa ta’ xejn. Hu qal li anki fil-kodiċi penali hemm il-kalunja fejn isiru rapporti bla bażi.

Il-Ministru Zammit Lewis qal li ma jistax ikun li tibqa’ s-sitwazzjoni fejn ir-rapporti tal-Kummissarju jkunu pubblikati fil-gazzetti wara li jkunu żvelati qabel issir id-diskussjoni fuq l-istess rapporti.

Dwar il-privileġġ parlamentari, il-Ministru Zammit Lewis qal li l-maġġoranza tad-deputati eżerċitaw dan id-dritt bla abbuż iżda kien hemm każi ta’ deputati li tkellmu u ġabu informazzjoni li ma kienux fonti politiċi; dan hu abbuż serju tal-privileġġ parlamentari.

Il-Ministru Zammit Lewis sostna li l-iskrutinju parlamentari u tas-Sedja hu l-aħajr mod kif jimxi l-Kummissarju u żied li ħadd m’għandu jindaħal fil-ħima tal-Kummissarju għall-Istandards.

Il-Whip Laburista Glenn Bedingfield rrikonoxxa l-importanza tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards u qal li r-regoli għandhom ikunu infurzati fuq kulħadd fil-ħajja pubblika mhux fuq il-politiċi biss. Hu qal li l-Kummissarju m’għandux ikun ex politiku “biex ikun il-vuċi tas-sens komun”.

Id-deputat Laburista kompla li l-Kummissarju għandu jkun uffiċjal tal-parlament li jaqa’ taħt l-Ispeaker.

Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis qal li fil-parlament saru rimarki li imminaw lill-Kummissarju għall-Istandards u sostna li l-attakki personali m’humiex aċċettabbli. “Nittama li dawn l-attakki ma jirrreptux lilhom innfushom”, sostna d-deputat Nazzjonalista, li żied li ħadd ma jista’ jkun minn Kummissarju għall-Istandards minn deputat. Joe Ellis qal li l-argument tal-gvern fuq dan il-punt mhux validu sempliċiment għax kien hemm rapport li dejjaq lill-gvern.

Fil-konklużjoni tiegħu l-Kummissarju George Hyzler qal li hu obbligat li jipproteġi l-Uffiċċju; “m’għandix interessi politiċi”. Hu kompla li 38 każ ma kienxu aċċettati għax dehrlu li kienu frivoli iżda anki dawn il-każi jridu jkunu investigati.

Il-Kummissarju qal li 50% tar-rapporti ma jkunux pubblikati għax ma jkun hemm interess tal-partijiet li jkunu pubblikati. Hu qal li l-privileġġ parlamentari m’għandux jitneħħa iżda għandu jkujn hemm skrutinju dwar persuni li fuqhom jintefa’ dell negattiv.