EURO 2020 Futbol Sport

Marco Reus se jitlef il-Euro 2020

(Ritratt: Marco Reus)

L-attakkant ta’ Borussia Dortmund Marco Reus ħabbar li flimkien mal-kowċ nazzjonali Ġermaniż, iddeċieda li ma jkunx parti mill-iskwadra Ġermaniża għall-Euro 2020. Reus qal li wasal għal din id-deċiżjoni diffiċli sabiex ikun jista’ jipprepara għall-istaġun li ġej, bl-aħjar mod possibli.

Reus kellu karriera mtappna b’diversi injuries fejn tilef bosta kompetizzjonijiet internazzjonali fosthom it-Tazza tad-Dinja tal-2014, meta l-Ġermanja kienu saru champions mondjali, fejn kien weġġgħa fil-partita ta’ ħbiberija kontra l-Armenja.