Lokali Parlament

Opportunità mitlufa biex tissolva l-problema tal-kirjiet kontrollati

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo sostna fil-parlament li l-pajjiż tilef opportunità unika biex tissolva l-problema tal-kirjiet kontrollati; minkejja dan, l-Oppożizzjoni ivvotat favur l-Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Riforma tal-Kirijiet Kontrollati

Meta għamel dikjarazzjoni dwar il-vot tal-Oppożizzjoni f’din il-liġi, id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-Oppożizzjoni se tivvota favur il-liġi iżda hi ferm diżappuntata li l-proposti tagħha biex din il-liġi titjieb ma ngħatawx widen mill-gvern.

Il-proposti tal-PN kellhom l-iskop biex il-problema li qed jiffaċċjaw 10,000 kirja jkunu solvuti b’mod sempliċi bla ma jkunx hemm bonn lil-partijiet jmorru l-qorti. Dan ifisser dewmien għas-sidien u għall-inkwlini.

Hu qal li l-PN ippropona li t-test tal-mezzi jsir mill-Awtorità tad-Djar u tonqos il-pressjoni minn fuq il-Bord tal-Kera. Il-gvern ma laqax din il-proposta lanqas.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li ma jagħmilx sens li l-gvern jarmi l-proċess ta’ medjazzjoni li jikkontribwixxi għal soluzzjonijet malajr iżda l-gvern ma kienx interessat li tinstab soluzzjoni dejjiema.

L-iskop tal-gvern kien biss li jnaqqas l-ispiża iżda mhux il-mod kif jinstabu s-soluzzjonijiet. Il-liġi se tagħti lok għal iktar proċeduri fil-qrati u mhix adegwata. Tlifna opportunità oħra biex nindirizzaw din il-problema darba għal dejjem, sostna Ivan Bartolo.

Il-Ministru Roderick Galdes qal li l-gvern hu kburi li wara diskussjoni fl-istadju ta’ kumitat, għall-ewwel darba fl-istorja, l-gvern qed jagħmel xi ħaġa dwar idin il-problema. Hu qal li m’hemmx alternattiva oħra għall-Bord tal-Kera, li hu l-organu ewlnieni li jista’ jiddeċiedi l-valur tal-propjetà u l-gvern għandu fiduċja sħiħa fih.