EURO 2020 Futbol Sport

Rapporti jindikaw li Benzema se jirritorna ma’ Franza fil-Euro 2020

(Ritratt: Karim Benzema)

L-attakkant ta’ Real Madrid mistenni jkun mgħajjat mal-iskwadra Franċiża għall-Euro 2020 għall-ewwel darba sa mill-2015. Didier Deschamps, il-kowċ tat-tim nazzjonali Franċiż, kien għażel li ma jsejjaħx aktar lil Benzema wara li allegatament kien involut kien hedded lill-eks plejer fl-istess tim Franċiż, Mathieu Valbuena, b’materjal ta’ atti sesswali.

Il-portal Franċiża ‘Le Parisien’ qed jirraporta li Deschamps mistenni jinkludi lil Benzema mal-iskwadra inizjali ta’ 28 plejer għall-Euro 2020. Minkejja li f’Jannar Benzema mistenni jaffaċja l-akkużi fil-qorti, Deschamps mistenni jgħajjatlu wara li dan l-istaġun skorja 29 gowl ma’ Real Madrid fil-kompetizzjonijiet kollha.