Futbol Sport

Roy Hodgson se jirtira wara karriera ta’ 45 sena bħala kowċ

(Ritratt: Roy Hodgson)

Il-kowċ ta’ Crystal Palce Roy Hodgson ħabbar li fl-aħħar ta’ dan l-istaġun se jkun qed jirtira mill-coaching wara karriera ta’ 45 sena fil-futbol Ingliż. Hodgson laħaq l-akbar suċċess maniġerjali tiegħu fl-2012 meta kien inħatar bħal kowċ tat-tim nazzjonali tal-Ingilterra, kariga li okkupa sal-2016.

Fost timijet oħra li kkowċja Hodgson mexxa lil Inter fl-italja fl-1999, lil Liverpool bejn l-2010 u l-2011 u lil West Brom fiż-żewġ staġuni ta’ wara. B’hekk Hodgson se jkun qed itemm il-karriera tiegħu mat-tim ta’ Crystal Palace, fejn kien inħatar kowċ tagħhom fl-2017.