Lokali Parlament

‘Spjunaġġ’ fuq il-kaċċaturi u n-nassaba hu kundannabbli

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo kkundanna dak li sejjaħ ‘spjunaġġ’ fuq il-kaċċaturi u n-nassaba minn attivisti tal-Birdlife.

Fl-Aġġornament tal-parlament llejla Edwin Vassallo rrifera għal sentenza tal-Qorti ta’ Għawdex li fiha ma kienx aċċettat aġir moqżież ta’ persuna li tinvadi l-privtezza ta’ persuni oħra.

Il-Qorti qalet li ma tistax ma taġixxix għaleix ħadd m’hu ‘l fuq mil-liġi. Dan hu każ ta’ spjunaġġ fuq persuna li kien fil-kwiet ta’ daru u għalhekk mhux aċċettabbli.

Din is-sentenza qajmet reazzjonijiet mis-soċjetà; illum anki l-Istat mela kullimkien bil-cameras. Hu qal li anki l-kaċċaturi u n-nassaba jiddejjqu b’din is-sitwazzjoni u għalhekk kienu appellaw lill-Kummissarju tal-Pulizija biex iqisu l-osservazzjoni tal-Qorti li ddikjarat li din l-azzjoni hi llegali.

Hu qal li l-Għaqda San Umberto ġibdet l-attenzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija biex ikunu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi li persuni qed ikunu iffilmjati minn attivisti tal-Birdlife.

Jeħtieġ li jkun hemm bilanċ; anki l-FKNK ħadet dan il-każ il-qort minħabba li qed ikun hemm numru ta’ nies li qed ikunu osservati waqt id-delizzju tagħhom. Hemm differenza bejn spjunaġġ u osservazzjoni skont il-liġi, sostna Edwin Vassallo.