Lokali

Tfaħħar l-impenn tal-Pulizija wara attentat ta’ serqa fuqha

Appell biex jiġu investiti aktar riżorsi fil-Pulizija tal-Komunità

L-attivista Eve Borg Bonello faħħret ix-xogħol u l-appoġġ minn naħa tal-Pulizija wara li aktar kmieni din il-ġimgħa sfat attakkata waqt li kienet mal-ħbieb tagħha f’Tas-Sliema.

Fuq il-media soċjali, iż-żagħżugħa spjegat kif raġel illi kien mgħotti b’barnuża prova jaqbad il-basket tiegħha. Iżda hi irreżistiet, bl-aggressur jispiċċa jaħrab.

Eve Borg Bonello qalet li ż-żewġt iħbieb tiegħha kienu tassew mibgħuta minn Alla u ta’ appoġġ kbir; ċemplu lill-Pulizija, ħadu d-dettalji kollha, u ħaduha l-għassa minnufih, fetħu rapport u assiguraw li wasalet lura d-dar bla periklu.

Hi faħħret is-servizz tal-Pulizija lokali, u insistiet fuq il-bżonn li f’zoni bħal Tas-Sliema jkun hemm preżenza akbar ta’ Community Policing.