Futbol Sport

Tkompli tikber it-taqtiegħa għat-tielet u r-raba’ post

Bejn illum u għada tintlagħab il-ġurnata ta’ qabel tal-aħħar fil-Premier League hekk kif il-verdetti fin-naħa ta’ fuq u fin-naħa t’isfel tal-klassifika huma deċiżi, tkompli tikber it-taqtiegħa għat-tielet u r-raba’ post.

F’konfornt dirett bejn it-tim fit-tielet post Leicester City u t-tim fir-raba’ post Chelsea tista’ tfisser li telfa għal wieħed minnhom, tiswa’ post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej. Fi tmiem il-ġimgħa ż-żewġ timijiet iltaqgħu kontra xulxin fil-finali tal-FA Cup bil-Foxes joħorġu rebbieħa 1-0.

Tim ieħor li qed jissielet li jtemm mal-ewwel erbgħa, Liverpool jilgħabu barra minn darhom kontra Burnley, bit-tim ta’ Jurgen Klopp iżomm it-tamiet tiegħu li jilgħab fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej b’rebħa fl-aħħar sekondi kontra Liverpool.

PREMIER LEAGUE

Illum: Man Utd v Fulham 7.00pm, Southampton v Leeds 7.00pm, Brighton v Man City 8.00pm, Chelsea v Leicester 9.15pm Għada: Everton v Wolves 7.00pm, Newcastle v Sheff Utd 7.00pm, Tottenham v Aston Villa 7.00pm, C. Palace v Arsenal 8.00pm, Burnley v Liverpool 9.15pm, WBA v West Ham 9.15pm