Lokali

NIŻVELAW: Carmelo Abela jerġa’ jissejjaħ fid-Depot

Għall-ħabta tas-2:20pm, il-Ministru Carmelo Abela deher iħalli l-bini tad-Depot wara li reġa’ issejjaħ mill-Pulizija għal interrogazzjoni.

Fl-aħħar jiem kien żvelat li bħalissa, b’mod attiv, għaddejja investigazzjoni b’rabta mal-każ tal-attentat ta’ serqa fuq il-bank HSBC fl-2010. U b’rabta ma’ dan il-każ, qed isiru diversi domandi lill-Ministru Abela.

Jumejn ilu, Carmelo Abela mar id-Depot fejn kien ukoll mitkellem mill-Pulizija. Dakinhar, jidher li hu ċaħad l-allegazzjonijiet li qed jorbtuh mal-attentat ta’ hold-up fuq il-bank HSBC ħdax-il sena ilu. Iżda Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu – flimkien mal-aħwa Degiorgio – qed jibqgħu jorbtuh ma’ dan il-każ sensittiv.