Fl-aħħar sigħat kellna 3 każijiet ġodda ta’ Covid-19, bil-każijiet attivi jinżlu għal 120 hekk kif fiequ 11-il persuna oħra.
Apparti dan għat-tnax-il jum konsekuttiv, ma kien hemm ebda persuna li tilfet ħajjitha kawża ta’ dan il-virus, bil-vittmi tal-Covid f’pajjiżna baqgħu 417.
Mill-bidu ta’ din il-pandemija, f’Malta u Ghawdex gew registrati total ta’ 30,489 każ pożittiv filwaqt li dawk imfejqa jammontaw għal 29,952.
Sat-Tlieta, ingħataw 437,654 tilqima bi kważi 152,581 persuna ħadu ż-żewġ dożi. Fost dawn, hemm ukoll iż-żgħażagħ ta’ ‘l fuq minn 16-il sena li bdew jitlaqqmu minn din il-ġimgħa.
Fir-Renju Unit il-PM Brittaniku Boris Johnson tenna li t-tilqima tal-Covid hemm ċans ma tkun effetiva daqstant kontra l-varjant Indjan u għalhekk mill-ġdid talab għal kawtela.
Huwa tenna li x-xjentisti qed iwasslu t-tħassib tagħhom dwar dan il-varjant filwaqt li appellwa huma wkoll biex ma il-miżuri imposti ma jkunux imwarrba fil-ġimgħat li ġejjin.
//= $special ?>