Lokali Parlament

Il-gvern jinjora lin-Nadurin fil-parlament; skandlu kbir li jeħtieġ azzjoni mmedjata

Minkejja l-pressjoni kbira li saret mill-Oppożizzjoni fil-parlament dwar l-iskandlu tar-reġistrazzjoni ta’ meded kbar ta’ art fin-Nadur fuq kuntratti ta’ 400 snea, illejla l-gvern injora din il-kwistjoni u għażel li ma jitkellem xejn dwarha fil-parlament.

Fl-aħħar ġranet il-gvern kellu l-opportunità li jispjega fil-parlament il-mod kif seħħ dan l-iskandlu li fih meded kbar ta’ art fin-Nadur inħarġu għar-reġistrazzjoni u kif ftit wara fondazzjoni partikolari applikat biex dawn l-artijiet enormi jkunu reġistrati fuq isimha fuq il-bażi ta’ dokumenti ta’ 400 sena ilu.

B’mod suspettuż u inspjegabbli, ir-Reġistratur tal-Artijiet ħareġ iċ-ċertifikazzjoni tal-artijiet fin-Nadur favur din il-fondazzjoni. Dan ħoloq tensjoni u inkwiet kbir fost is-sidien ta-djar fin-Nadur li issa ġew skoperti fuq il-propjetà li huma wirtu u xtraw.

Fil-parlament il-gvern kellu l-opportunità li jressaq liġi b’saħħitha biex isib soluzzjonijiet għal din il-prolem aiżda għażel li dawn ir-residenti joffrilhom biss is-soluzzjoni li jmorru l-qorti u li l-Avukat tal-Istat jista’ jiftaħ kawża kontra r-Reġistratur tal-Aritjiet; li jfisser kawża gvern kontra gvern.

Ftit minuti ilu s-Segretarju Parlamentari resoponsabbli mis-settur Alex Muscat għamel id-diskors tal-għeluq fuq din il-liġi iżda ma semma’ xejn dwar dan il-każ tan-Nadur anzi qal li din il-liġi mhix qed isir minħabab din is-sitwazzjoni.