Lokali Parlament

Il-gvern sieket quddiem l-iskandlu tar-reġistrazzjoni tal-artijiet fin-Nadur

Kevin Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal fil-parlament li d-deputati Laburisti Għawdxin huma siekta quddiem il-każ tal-artijiet fin-Nadur. Fil-parlament hu sostna li l-gvern jgħid li l-istituzzjonijiet jaħdmu iżda f’dan il-każ, istituzzjoni imrotanti reġgħet ma ħadmitx.

Hu spjega kif il-familja milquta huma effettwati negattivament u qal li hemm suspetti għaliex il-fondazzjoni ta’ 400 sena ilu allegatament kellha l-artijiet u qed issostni li huma tagħha.

Din il-fondazzjoni rreġistrat kollox fis-skiet l-artijiet f’isimha; in-nies bdiet tistaqi kif min ħalla li din il-fondazzjoni tirreġistra dawn l-artijiet, x’verifiki saru mir-Reġistratur tal-Artijiet quddiem l-applikazzjoni, min kien involut fil-pjanti ta’ 300 meta ż-żona ma kinitx ifformata kif inhi llum, xi pjanti kienu ppreżentati biex ir-Reġistraur aċċetta din ir-reġistrazzjoni u x’kumbinazzjoni hi li hekk kif iż-żona kienet dikjarat żona ta’ reġsitrazzjoni il-fondazzjoni immedjatament irreġistrat l-artijiet.

Għaliex il-gvern iddċieda li jiddikjara din iż-żona bħala waħda ta’ reġistrazzjoni? Taħt liema kritjeru l-gvern iddeċieda li tkun propju dik iż-żona li tkun dikjarata żona ta’ reġistrazzjoni? X’se jaħgmel il-gvern quddiem is-sitwazzjoni diffiċli? staqsa Kevin Cutajar.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Prim Ministru żar lin-nies tan-Nadur u qlaulhom li dawn jistgħu jiġġieldu s-sitwazzjoni bil-mezzi legali. Iżda l-fatti huma li l-gvern kien missu ma daħħalx lir-residenti f’din il-problema.

Għan-nies din tfisser spejjeż u uġigħ ta’ ras iżda l-istituzzjonijiet reġgħu mhux jaħdmu, sostna Kevin Cutajar, li kompla li l-gvern ma jridx jieħu passi għaiex hemm ħafna dubji u dellijiet fuq kif ġraw l-affarijiet.

B’dan l-abbozz il-gvern se jagħmel kawża lilu nnifsu biex il-kwistjoni tmur il-qorti u ddum is-snin biex tissolva; jekk tissolva.