Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet li l-moħqrija fuq l-annimali ma tista’ qatt tkun ġustifikata u mhix tort tal-annimali.
Fil-parlament Claudette Butigieg qalet li l-parlament qed jibgħat messaġġ pożittiv fuq l-annimali u sostniet li t-terapija bl-użu tal-annimali hi mill-iktar importanti. Hi kompliet li l-annimali domestiċi huma importanti fid-djar għaliex jifformaw parti integrali mill-ħajja tal-familja.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali qed tagħmel kampanja ta’ tiswija tal-qtates fejn qed issostni li l-qtates domestiċi m’għandhoxm jitħallew jiġru barra. Hi tkellemt fuq l-importanza tal-micro chipping tal-annimali u appellat biex l-annimali li jinżamu fis-santwarji jkunu addottati minflok in-nies tibqa’ selettiva.
L-ewwel prijorità għandha tkun li jkunu adottati li għandhom bżonn familja. Importanti wkoll li t-tfal imorru jagħmlu xogħol ta’ tindif u ħasil tal-kmamar tal-annimali fis-santwarji. Il-moħqrija fuq l-annimali ma tista’ tkun ġustifikata qatt u qatt ma tista’ tkun tort tal-annimali, sostniet id-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>