Lokali Qorti

“It-Tito” jgħid li l-vittma kienet waslitu barra d-dar tiegħu u mhux tagħha

L-aħħar darba li deheret Charlene Farrugia kienet wasslet lil Jesmond Cassar magħruf bħala “It-Tito” id-dar tiegħu u mhux id-dar tagħha. “Hi telqet u mort id-dar tiegħi,” qal Cassar waqt li kien qed isir il-kontro-eżami tiegħu mill-Avukat Roberta Bonello, li qed tidher għal John Paul Woods li jinsab akkużat bil-qtil tagħha.

L-Avukat Bonello hawn irrreġġixxiet għal dan fejn sostniet li hu kien qal mod ieħor fl-istqarrija li kien ta lill-Pulizija. Hu kkonferma li  Charlene Farrugia, kienet saqitu lejn id-dar tiegħu u daħal ġewwa.  Cassar li għadu wkoll suspettat li kien involut fil-qtil tal-mara ta’ 25 sena, ċaħad bil-qawwa kollha li huwa nvolut fil-qtil tagħha u sostna fil-Qorti li minkejja li għandu kondotta mimlija reati, qatt ma abbuża mit-tfal, anzjani jew sawwat xi mara, hekk kif id-difiża kompliet tippressah għaliex sar rapport daqshekk malajr mal-Pulizija li Farrugia, kienet naqset u li bdew ‘jinkwetaw’ fuqha.

Dan ħareġ meta kompliet il-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Marse-Anne Farrugi fil-każ kontra John Paul Woods ta’ 40 sena qed jiġi ġie mixli li f’Novembru ta’ 12-il sena ilu, qatel lil Farrugia, li kellha 25 sena u li kienet taħdem bħala carer,

Jesmond Cassar, li huwa xhud importanti kemm għad-difiża kif ukoll il-prosekuzzjoni kien jaf lil Charlene Farrugia ghaliex huwa kien johrog ma oht s-sieheb ta tagħha, li dak iz-zmien kien jinsab arrestat fil-facilita ta Kordin. Il-qorti kif għamlet nhar it-Tnejn reġgħet wissiet lix-xhud li jista’ ma jwieġibx għal ċertu domandi minħabba li jista’ jitfa’ l-ġebla fuq saqajh, imma huwa qal li m’għandu l-ebda problemi biex iwieġeb.

L-Avukat Bonello qalet lix-xhud li fid-dikjarazzjoni tiegħu lill-pulizija kien ċaħad li kien l-aħħar persuna li kien magħha, huwa kien ċaħad u li kien mistoqsi mill-Pulizija għalfejn John Woods kellu jivvinta storja dwaru.

Cassar qal ma jiċħadx li kienu joħorġu flimkien, imorru jgħumu, jew jieklu barra. Tenna li mhux qed jiċħad dan kollu. B’tonalità kemmxejn aggressiva, “It-Tito”ċaħad li ma ħa numru ta’ basktijiet taż-żibel. U li tefagħhom fil-baħar. “Dak qal il-klijent tiegħek. Jien idejja nodfa,” saħaq Cassar.

Għal aktar domandi tal-Avukat Bonello, fosthom jekk qattx mar id-dar ta’ Woods, huwa qal,  ‘le jien kont id-dar ta’ Charlene, u kont mal-familja tagħha. Le qatt ma dħalt id-dar ta’ Woods. Ma nafx x’għamlet waħedha, jekk qatt marret għandu. Imma aħna le qatt ma morna id-dar ta’ Woods.”

Ikkonferma li lill-akkużat kien jafu u kien isellimlu. Tenna li huwa jammetti li juża d-droga, imma qal li huwapersuna responsabbli u għandu qalb. Dwar għaliex mar jagħmel rapport sostna li kienu għadhom kemm arrestaw lill-għarus tagħha b’xi kilo droga. Għalhekk sar suspettuż u beda jċempilla u hi ma kinitx qed twieġeb. Lanqas biss marret għat-tfal l-iskola. Hu dejjem kienet twieġeb it-telofonati, u allura bilfors beda jaħseb fil-ħażin.

L-Avukat Mario Mifsud, għan-nom tal-familja tal-vittma wkoll staqsa xi domandi fejn qallu li mix-xhieda li kien ta ħareġ li hu (‘It-Tito’), oħt l-għarus tagħha u Charlene, “flimkien kontu qed ġġibu xi permessi, tiftakar xi ħaġa dwar il-bżonn li l-vittma tiġbor xi flus?”.

Ix-xhud qal li missier Charlene Farrugia kien kontra r-relazzjoni tagħhom. Jgħid li ma jiftakarx kemm kellha tiġbor flus, madankollu, ma kinitx f’pożizzjoni finanzjarja tajba. Qal li quddiema Charlene qatt ma ħadet droga u kienet tifla bilgħaqal u kwieta. Kien qalilha biex titlaq lill-għarus tagħha u biex tevita nies bħal dawn u peress li ma kinitx tieħu pajċir b’dan id-diskora  ma kinietx tgħid lilu u lit-tfajla tiegħu ħafna dwar dawn l-affarijiet.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent James Grech u l-Ispettur Jonathan Ransley. L-Avukat Roberta Bonello qed tidher għal Woods filwaqt li l-Avukat Mario Mifsud qed jidher għall-familja Farrugia. Il-kumpilazzjoni tkompli nhar l-Erbgħa 30 ta’ Ġunju fis-2.00pm.