Juvetnus għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 2-1 biex rebħu l-erbatax-il Coppa Italia fl-istorja tagħhom, u t-tieni unur ta’ Andrea Pirlo bħala kowċ. Juventus marru fil-vantaġġ fil-31 minuta meta minn pass ta’ Weston McKennie qassam lejn DEJAN KULUSEVSKI li kkonkluda għal ġewwa għal 1-0. Madankollu Atalanta kisbu d-draw fil-41 minuta fejn minn cross ta’ Hans Hateboer kien RUSLAN MSLINOVSKY li tefa’ ġewwa għal 1-1.
Juventus kienu viċin it-tieni gowl fis-60 minuta meta minn pass ta’ Crsitiano Ronaldo, Federico Chiesa ra l-konklużjoni tiegħu taħbat mal-lasta. Madankollu Juventus skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-73 minuta meta minn pass ta’ Dejan Kulusevski, kien proprju FEDERICO CHIESA li kkonkluda ġewwa għal skor finali ta’ 2-1.
//= $special ?>