Editorjal Lokali

Ksur tad-drittijiet fundamentali tal-UPE

Lura f’Ġunju tal-2020, il-Union tal-Edukaturi Professjonali kienet resqet ilment kontra l-Ministru tal-Edukazzjoni dwar diskriminazzjoni li saret fil-konfront tagħha u l-membri li tirrappreżenta. Il-UPE kienet talbet li jkollha aċċess fl-iskejjel.. aċċess li kien injorat minn tliet Ministri tal-Edukazzjoni differenti.

L-Ombudsman sab lil dawn lill-Ministri ….Evarist Bartolo, Owen Bonnici u Justyne Caruana ….kisru d-drittijiet fundamentali tal-union li topera b’mod sħiħ favur il-membri tagħha.

F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Ministeru tal-Edukazzjoni, il-President tal-UPE Graham Sansone qal li fil-konklużjonijiet tiegħu l-Ombudman stqarr li dan it-trattment differenti fil-konfront tal-UPE ma kienx wieħed approprjat u li sar b’kapriċċ.

Grahma Sansone qal li bid-deċiżjoni tal-Ombudsman, issa huwa ċar li l-UPE għandha kull dritt li tkun tista’ tara lill-membri tagħha fl-iskejjel bħala parti mill-ħidma tagħha favur l-edukaturi.