Robert Cutajar, PN
Id-deputat u Whip Nazzjonalista Robert Cutajar appella biex il-kunsilli lokali jieħdu iktar skemi li joħroġ il-gvern favur il-ħarsien tal-annimali.
Fil-parlament Robert Cutajar sellem lill-ħaddiema fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u appella biex isir iktar investiment fil-ħaddiema u fis-servizzi li jingħataw. Hu appella wkoll biex ma jkunx hem abbużi mis-servizzi tal-1717 għaliex kull telefonata bla bżonn toħloq inkonvinjenti.
Madwar 66% tad-djar Maltin għandhom annimal domestiku fid-djar, sostna Robert Cutajar li sellem il-ħidma tal-NGOs fis-settur.
Hu appella lill-kunsilli lokali biex jieħdu sehem fl-iskemi maħruġa u biex ikun hemm iktar skemi nnovattivi fis-soċjetà. Kienet l-Oppożizzjoni li pproponiet li jkun hemm kunsillier li b’obbligu legali li jkun responsabbli mill-annimali.
Robert Cutajar saħaq li hu Importanti wkoll li tissaħħaħ l-edukazzjoni fost l-istudenti u t-tfal biex ikun hemm aktar għarfien u messaġġi pożittivi dwar il-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna.
Robert Cutajar appella biex fil-kampanja, fit-toroq u fiż-żoni residenzjali l-pubbliku jkun responsabbli biex il-bżonnijiet naturali tal-klieb jinġabar u jintefa fil-postijiet fejn għandu jintefa’. Hu rringrazzja wkoll lil dawk li jitimgħu l-qtates (cat feeders) u appella lill-Gvern biex it-terapija tal-annimali tidħol fil-pajjiż.
//= $special ?>