Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal fil-parlament llejla li l-annimali huma element importanti ħafna biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies fid-djar.
Ivan Bartolo qal li hawn min għandu problema li jaħqru l-annimali fid-djar u għalhekk tqum il-mistoqsija dwar min se jieħu preċedent; issa se tkun il-qorti li tiddeċiedi min se jibqa’ fid-dar.
Hu sostna li l-preżenza tal-annimali hi importanti għal diversi raġunijiet għaliex joffru soluzzjonijiet għal min ikollu problemi fil-ħajja. L-imħabba tal-annimali tista’ tbiddel il-ħajja tan-nies; bl-annimali tiżdied il-kompassjoni fejn it-tfal jitgħallmu jiħdu ħsieb xi ħaġa.
Id-deputat Nazzjonalista faħħar il-ħidma tal-persuni li jitimgħu lill-annimali li jgħixu fit-triq u qal l-kampanji edukattivi favur l-annimali fost it-tfal huma importanti ħafna.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-annimali huma ta’ kumpanija għall-persuni fid-djar u jġibu lil kulħadd eqreb lejn xulxin fuq livell emozzjonali. Hu semma’ l-mod l-anzjani jsibu għajnuna fl-annimali domestiċi partikolarment f’dawn il-perjodi diffiċli tal-pandemija.
Ivan Bartolo kompla li r-rispett lejn l-annimali għandu jkun element importanti. Hu qal li l-PL kien wieħed li fejn ikun hemm kolonji tal-qtates jinbnew l-istrutturi neċessarji iżda dawn am twettqux għaliex, eżempju fil-Mosta, l-Awtorità tal-Ippjanar waqqfet il-proġett.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza li tingħata attenzjoni fejn ikun hemm annimali li ma jkunux miżmuma sew. Hu qal li l-annimali abbandunati fit-toroq joħolqu ambjent negattiv u jkerrħu l-ambjent.
Minkejja l-ispezzjonijiet li qed isiru, jidher li mhux jitressqu nies l-qorti skont l-ammont ta’ stejjer li qed ikunu magħrufa. Hu qal li minbarra t-tabelli li javżaw li hemm il-qtates fiż-żoni, jridu jsiru wkoll sleeping policeman biex ma jittajrux il-qtates. Ma sarx xejn għall-breeders, sostna Ivan Bartolo, li kompla li teżisti biss ambulanza waħda għall-annimali
Ivan Bartolo tkellem dwar is-slaughter houses u l-irziezet u appella biex jinżammu l-istandards neċessarji. Hu feraħ lill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Annimali Alison Bezzina għall-ħidma li wettqet u lill-ex Kummissarju Emanuel Buhagiar għall-ħidma li hu wkoll wettaq. Hu appella biex l-annimali fis-santwarji tal-gvern jinżammu kif suppost u staqsa dwar il-mod kif jitmexxa ir-re-homing centre.
//= $special ?>