EURO 2020 Futbol Sport

L-Iskozja bl-iskwadra finali għall-ewwel tournament maġġuri sa mill-1998

(Ritratt: It-tim nazzjonali Skoċċiż)

Il-kowċ tal-Iskozja Steve Clarke sejjaħ skwadra ta’ 26 plejer għall-Euro 2020 f’dak li se jkun l-ewwel turnament maġġuri li se jikkompeti fiħ it-tim Skoċċiż sa mill-1998. Fost il-plejers imsejjħa Clarke inkluda liż-żagħżugħ ta’ Chelsea Billy Gilmour, David Turnbull ta’ Celtic u Nathan Patterson ta’ Rangers. Ma kienx hemm post iżda għall-plejer ta’ esperjenza ta’ Celtic Leigh Griffiths li ma rnexxielux jagħmilha mal-iskwadra finali.

L-Iskozja jibdew l-impenji tagħhom fil-Euro 2020 f’Hampden Park fl-14 ta’ Ġunju kontra ir-Reppublika Ċeka, biż-żewġ timijiet l-oħra fil-Grupp D ikunu l-Ingilterra u l-Kroazja.

Goalkeepers: Craig Gordon (Heart of Midlothian), David Marshall (Derby County), Jon McLaughlin (Rangers)

Difensuri: Liam Cooper (Leeds United), Declan Gallagher (Motherwell), Grant Hanley (Norwich City), Jack Hendry (KV Oostende) , Scott McKenna (Nottingham Forrest), Stephen O’Donnell (Motherwell), Nathan Patterson (Rangers), Andy Robertson (Liverpool), Greg Taylor (Celtic), Kieran Tierney (Arsenal)

Midfielders: Stuart Armstrong (Southampton), Ryan Christie (Celtic), John Fleck (Sheffield United), Billy Gilmour (Chelsea), John McGinn (Aston Villa), Callum McGregor (Celtic), Scott McTominay (Manchester United), David Turnbull (Celtic)

Attakkanti: Ché Adams (Southampton), Lyndon Dykes (Queen’s Park Rangers), James Forrest (Celtic), Ryan Fraser (Newcastle United), Kevin Nisbet (Hibernian)

Billy Gilmour (xellug) ta’ 19-il sena ġie msejjaħ mal-iskwadra Skoċiża minkejja li għadu qatt ma lagħab mat-tim nazzjonali Skoċċiż