L-0rganizzaturi tat-tournament internazzjonali ta’ Wimbledon huma fiduċjużi li din is-sena aktar minn 25% tal-ispettaturi jkunu jistgħu jattendu fl-All England Club ix-xahar id-dieħel. Wara li fir-Renju Unit f’bosta attivitajiet tal-massa tħallew jattendu numru kkontrollat ta; persuni l-istess Organizzaturi ta’ Wimbledon ikkummentaw li l-indikazzjonijiet huma li numru sostanzjali ta’ spettaturi jkunu jistgħu jattendu. Fl-istess waqt mill-21 ta’Ġunju il-limitazzjonijiet li jeżistu minħabba l-Covid 19 ħafna minnhom ser jitneħħew. It-Tournament ta’ Wimbledon jibda fit-28 ta’ Ġunju u fil-passat kulljum kienu jattendu xejn anqas minn 42,000 spettatur.
Fl-2019 fit-tlettax il-ġurnata tat-Tournament b’kollox attendew xejn anqas minn 500,397 spettatur It-Tournament tas-sena l-għaddiet għall-ewwel darba mit-Tieni Gwerra Dinjija, it-Tournament ma sarx minhabba l-imxija tal-pandemija tal-coronavirus. L-All England Club għad irid jieħu ċerti deċiżjonijiet fuq l-edizzjoni ta’ din is-sena fosthom il-mod kif ser isir il-bejgħ tal-biljetti kif wkoll il-fond finanzjarju li jrid jingħata lit-tennisti li jieħdu sehem.
//= $special ?>