18:44 – Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.
18:37 – Il-Maġistrat qed tispjega li wara li semgħet l-argumenti taż-żewġ naħat, qed tiddeċiedi li l-assi tal-imputat ikunu ffriżati.
18:35 – Id-difiża immexxija mill-Avkat Franco Debono qed tispjega għalfejn l-assi ta’ Stojanovic m’għandhomx ikunu friżati. Il-prosekuzzjoni qed tagħmel l-arugmenti tagħha wkoll.
18:33 – Il-Maġistrat tidħol lura fl-Awla u tkompli s-seduta.
18:27 – Id-difiża u l-prosekuzzjoni għaddejin b’diskussjonijiet dwar il-passi li jmiss. Is-seduta għadha sospiża u mistennija tkompli minn hawn u ftit minuti oħra.
18:23 – Is-seduta ġiet sospiża momentarjament.
18:17 – Il-prosekuzzjoni talbet biex jiġu friżati l-assi tal-akkużat. Id-difiża qed toġġezzjona għal dan.
18:14 – L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Dan wara li spjega li għall-aħħar xhur ma kienx impjegat.
18:12 – Il-Prosekuzzjoni qed jispjegaw meta saru l-arresti u meta saru l-interrogazzjonijiet.
18:11 – L-Avukat Franco Debono staqsa għal aktar informazzjoni għalfejn ġejna hawn illum b’urġenza.
18:10 – Il-proċeduri se jsiru bl-Ingliż għaliex l-imputat ma jafx bil-Malti.
18:09 – Preżenti s-Supritendent tal-Pulizija Keith Arnaud.
18:07 – L-akkużat Aleksandar Stojanovic, l-avukati u l-prosekuzzjoni jitħallew jidħlu fl-Awla. L-imputat huwa rapreżentat mill-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb.
18:06 – Barra l-Qorti t’Għawdex, preżenti numru ta’ pulizija.
18:04 – Fil-Qorti t’Għawdex preżenti numru ta’ ġurnalisti.
18:02 – Is-Serb ta’ 42 sena qiegħed barra Awla A qal-Qorti t’Għawdex jistenna biex jissejjaħ quddiem il-Maġistrat Simone Grech.
Minn hawn u ftit ieħor, Serb ta’ 42 sena se jitressaq il-Qorti ta’ Għawdex mixli bil-qtil tal-Eġizzjan Walid Salah Abdel Motaleb Mohammed,
Is-Serb kien diġà ngħata l-police bail darbtejn, fejn kien ġie arrestat għall-ewwel darba fl-10 ta’ Mejju li għadda, iżda issa l-Pulizija tinstab f’pożizzjoi li tista’ tressqu l-Qorti u takkużah b’dan il-qtil. Huwa ilu jgħix Malta għal diversi snin.
L-Eġizzjan ta’ 42 sena kien inqatel fil-15 ta’ Jannar tal-2018 fi trejqa fl-Għarb, Għawdex. Huwa nstab b’żewġ tiri, wieħed f’għonqu u ieħor f’nofs sidru. Ħdejh instabu ħames skrataċċ ta’ shot gun. Jidher li l-arma tad-delitt baqgħet qatt ma nstabet.
//= $special ?>