Futbol Sport

Malta b’partiti ta’ ħbiberija kontra l-Irlanda ta’Fuq, il-Kosovo u l-Kazakhstan

(Ritratt: MFA/DOMENIC AQUILINA)

Il-ġimgħa d-dieħla t-tim nazzjonali Malti se jkun qed jieħu sehem f’kamp ta’ taħriġ fl-Awstrija, fejn se jilgħabu tliet partiti ta’ ħbiberija kontra l-Irlanda ta’ Fuq, il-Kosovo u l-Kazakhstan.

Min-naħa l-oħra t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena ukoll se jkun qed jipparteċipa f’kamp ta’ taħriġ fis-Slovenja, bi preparazzjoni għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena f’Settembru li ġej. Huma se jkunu qed jilgħabu żewġ partiti kontra t-tim Olimpiku tal-Qatar ta’ taħt it-23 sena u kontra l-Bosnia Herzegovina.

Il-partiti tat-tim nazzjonali Malti

31 ta’ Mejju – Irlanda ta’ Fuq v Malta ( Klagenfurt),

4 ta’ Ġunju – Kosovo v Malta (Klagenfurt),

7 ta’ Ġunju – Kazakhstan v Malta (Wolfsberg)

Il-partiti tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena

29 ta’ Mejju/30 ta’ Mejju – Tim Olimpiku tal-Qatar ta’ taħt it-23 sena v Malta,

4 ta’ Ġunju – Bosnia Herzegovina v Malta