Lokali

Mara tweġġa’ f’inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi

Mara ta’ 57 sena, residenti s-Siġġiewi ttiehdet l-isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi. L-inċident tat-traffiku seħħ fi triq is-Siġġiewi, Siġġiewi għall-ħabta tas-2.45 ta’ wara nofsinhar.

F’dan l-inċident tlett vetturi kienu involuti, fosthom Seat Arona li kienet qed tinstaq mill-vittma, vann tal-għamla Isuzu NQR misjuq minn raġel ta’ 25 sena, residenti Ħ’Attard u vann tal-għamla VW Caddy misjuq minn raġel ta’ 37 , residenti Ħal Balzan. It-Triq li fiha seħħ l-inċident bħalissa tinsab magħluqa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.