Sport Sport Ieħor

Mauro Schmid jirbaħ il-ħdax-il stadju tal-Giro D’Italia

L-Iżvizzeru MAURO SCHMID ta’ Team Qirubeka Assos f’ 4 sigħat minuta u 55 sekonda rebaħ il-11 il-prova tal-104 Edizzjoni tal-Giro d’Italia fir-rotta bejn Perugia u Montalcino fuq medda ta’ 162 kilometru. Schmid rebaħ l-isprint fuq it-Taljan Alessandro Covi ta’ Team Emirates. B’distakk ta’ 26 sekonda fit-tielet post daħal il-Belġjan Harm Vantlouche ta’ Lotto Soudel filwaqt li b’distakk ta’ 41 sekonda daħlu flimkien il-Belġjan Dries DeBondt ta’ Alpecin Fenix u l-Franċiż Simon Guglielmini’ ta’ Groupama.

Fil-klassifika, Egan Bernal ta’ Ineos Grandiers saħħaħ postu fl-ewwel post b’total ta’ 42 siegħa 35 minuta u 21 sekonda b’vantaġġ ta’ 45 sekonda fuq ir-Russu ta’ Astana Premier Tech – Aleksandr Vlasov. Fit-tielet post tela’ Damiano Caruso ta. Bahrain Victorians b’distakk ta’ minuta u 12 il-sekonda filwaqt li fir-raba’ u l-ħames post jinsabu l-Britannici Hugh John McCarthy u Simon Yates. It-tnax il-prova hija waħda mill-itwal stadji fuq medda ta’ 212 kilometru minn Siena għal Bagno di Romagna.