EURO 2020 Futbol Sport

Muller u Hummels inklużi fl-iskwadra Ġermaniża għall-Euro 2020

(Ritratt: Thomas Muller (xellug) u Mats Hummels (lemin)

Il-kowċ Ġermnaiż Joachim Low sejjaħ skwadra ta’ 26 plejer għall-Euro 2020 bl-inklużjoni taż-żewġ veterani Ġermaniżi, Thomas Muller u Mats Hummels. Fl-2019 Low kien qal li mhux se jibqa’ jgħajjat lil Jerome Boateng, Mats Hummels u Thomas Muller mat-tim nazzjonali. Iżda Joachim Low Kellu jbiddel fehmtu minħabba n-nuqqas ta’ esperjenza fi skwadra relattivament żgħażugħa fit-tim nazzjonali Ġermaniż. Fost il-plejers żgħażagħ Low inkluda lil Jamal Musiala li għandu biss 17-il sena, wara staġun pożittiv li kellu ma’ Bayern Munich,

Il-Ġermanja jinsabu fi Grupp F flimkien ma’ Franza, il-Portugall u l-Ungerija, bl-ewwel impenn tagħhom fil-Euro 2020 jkun fil-15 ta’ Ġunju kontra Franza, fl-Allianz Arena.

Goalkeepers: Bernd Leno (Arsenal), Manuel Neuer (B.Munich), Kevin Trapp (Eintracht Frankfurt)

Difensuri: Matthias Ginter (Borussia Mönchengladbach), Robin Gosens (Atalanta) , Christian Günter (Hellas Verona), Marcel Halstenberg (RB Leipzig), Mats Hummels (B.Munich), Lukas Klostermann (RB Leipzig) , Robin Koch (Leeds United), Antonio Rudiger (Chelsea), Niklas Sule (B.Muich)

Midfielders/attakkanti: Emre Can (Borussia Dormtund), Serge Gnabry (B.Munich), Leon Goretzka (B.Munich), Ilkay Gundogan (Man City) Kai Havertz (Chelsea), Jonas Hofmann (Borussia Mönchengladbach), Joshua Kimmich (B.Munich), Toni Kroos (Real Madrid), Thomas Müller (B.Munich), Jamal Musiala (B.Munich), Florian Neuhaus (Borussia Mönchengladbach_, Leroy Sane (B.Munich), Kevin Volland (B.Leverskusen), Timo Werner (Chelsea)

Jamal Musiala ta’ 17-il sena kien inkluż fl-iskwadra wara li ddebutta mat-tim nazzjonali Ġermaniż f’Marzu li għadda