L-għawwiema Maltin Mya Azzopardi u Thomas Waering kisbu żewġ rekords nazzjonali ġodda fil-Len European Aquataic Championships li qed isiru f’Budapest l-Ungerija.
Azzopardi kisret ir-rekord li stabbilixxit hija stess aktar kmieni f’April fit-Turkija, fejn fil-200 metru freestyle kisbet ħin ta’ 2:04:52. Min-naħa l-oħra Waering kiser ir-rekord ta’ Michael Umnov li kellu ħin ta’ 2:08:69 fil-Medley Individwali, bil-ħin taWaering ikun dak ta’ 2.:08:34.
Iż-żewġ għawwiema Maltin huma parti mill-kontinġent Malti li qed jikkompeti fil-Len European Aquatic Championships. Flimkien ma’ Azzopardi u Waering, hemm ukoll Sasha Gatt, Dylan Cachia u Nicola Muscat.
Imexxi il-kontinġent Maltin fl-Ungerija hemm il-kowċ nazzjonali Malti Artem Goncharenko u l-fiżjoterapista Andrew Pisani, bil-kowċis Catalin Stan u Gail Rizzo jakkompanjaw lit-tim f’Budapest.
//= $special ?>