Lokali

OLLI.Chat: Servizz ġdid minn Richmond Foundation

Il-Fondazzjoni Richmond kompliet testendi s-servizzi tagħha b’risq dawk li għandhom problemi ta’ saħħa mentali u persuni oħrajn li jiġu bżonn jitkellmu ma’ persuna li toffri għajnuna professjonali f’dan is-settur għaliex għaddejin minn żmien diffiċli.

Issa, Richmond se tkun qed tgħin mhux biss permezz tat-telefon u b’servizzi ta’ wiċċ imb’wiċċ imma b’servizz ġdid u innovativ, bl-isem ta’ OLLI Chat fejn persuna tkun tista’ tingħata għajnuna permezz ta’ messaġġi online, f’kull ħin tal-ġurnata u bil-lejl, mingħajr ħlas u bl-akbar kunfidenzjalità.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Richmond Foundation, Stephania Dimech Sant wasslet l-appel tagħha biex kull min irid jew kull min għandu bżonn juża’ dan is-servizz ġdid.