Sport Sport Ieħor

Rachel Mifsud tikseb promozzjoni għas-Serie A2 ma’ Femminile Ausonia Enna fl-Italja

L-atleta Maltija tat-table tennis Rachel Mifsud rnexxielha tikseb il-promozzjoni fi-Serie A2 flimkien mat-tim tagħha A.S.D. T.T Ausonia Enna, wara li rebħu l-playoffs. Il-partiti tal-playoffs intlagħbu f’Terni bit-timijiet l-oħra tal-grupp ikunu, ASC TT AUER ORA, Teco Foodlab U Tennistavolo Casper, bit-tim ta’ Mifsud itemm fl-ewwel post bi tliet rebħiet.

Għal-logħba kontra Tennistavolo Casper, il-kowċ ta’ Ausonia kien assitit ukoll mill-kowċ Maltija tal-MTTK Katia Mifsud. Rachel Mifsud li titħarreġ fil-Malta Table Tennis Club idebbutat ma’ Asuonia Enna dan l-istaġun.

Rachel Mifsud fl-azzjoni kontra Tennistavolo Casper