Għawdex Lokali Qorti

Serb mistenni jitressaq il-Qorti mixli li qatel lil Walid Salah Abdel Motaleb Mohammed

Serb ta’ 42 sena mistenna jitressaq il-Qorti ta’ Għawdex illejla fis-sitta. Huwa qed ikun mixli bil-qtil tal-Eġizzjan Walid Salah Abdel Motaleb Mohammed,

L-Eġizzjan ta’ 42 sena kien inqatel fil-15 ta’ Jannar tal-2018 fi trejqa fl-Għarb, Għawdex. Huwa nstab b’żewġ tiri, wieħed f’għonqu u ieħor f’nofs sidru. Ħdejh instabu ħames skrataċċ ta’ shot gun. Jidher li l-arma tad-delitt baqgħet qatt ma nstabet.

Fi crime konferenza li saret illum waranifsinhar, il Pulizija qalet li wara li saret analiżi ta’ filmati minn kameras tas-sigurta li kien hemm fil-viċinanzi, irnexxielha tidentifika l-vettura li kien fiha l-vittma qabel ma nqatel kif ukoll l-aħħar movimenti tiegħu. Liema vettura nstabet Malta f’Settembru tal-2018 f’pussess ta’ terzi persuni.

Is-Serb kien diġà ngħata l-police bail darbtejn, fejn kien ġie arrestat għall-ewwel darba fl-10 ta’ Mejju li għadda, iżda issa l-Pulizija tinstab f’pożizzjoi li tista’ tressqu l-Qorti u takkużah b’dan il-qtil. Huwa ilu jgħix Malta għal diversi snin