Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara inċident fiż-Żejtun

Żagħżugħ ta’ 17-il sena li jgħix iż-Żejtun li kien jinsab passiġġier f’vettura BMW weġġa’ u qed isofri feriti gravi wara li lbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-8.15pm seħħ inċident fi Triq San Girgor, iż-Żejtun.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li żagħżugħ ta’ 24 sena li jgħix Bormla, kien qiegħed isuq il-karozza BMW,
tilef il-kontroll u ħabat ma’ propjeta’ u karozza Toyota li kienet ipparkjata. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew liż-żagħżugħ ta’ 17-il sena minħabba li ma setax joħroġ mill-imsemmija vettura.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-passiġġier l-Isptar Mater Dei fejn hemm ġie
ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.