Coronavirus Lokali

100 każi attivi b’2 każi ġodda u 22 persuna jfiqu fl-aħħar 24 siegħa

Huma tnejn il-każi ġodda li kienu rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa minn total ta. 2,234 swab test li sar.

Fl-istess perjodu ta’ ħin, fiequ 22 persuna biex issa l-każijiet attivi huma 100.

Għat-tlettax-il jum konsekuttiv ma kienux irrappurtati fatalitajiet fl-aħħar 24 siegħa.

Sa issa huma 158,489 il-persuni mlaqqma b’mod sħiħ f’pajjiżna b’total ta’ 445,830 tilqima jingħataw f’Malta u Għawdex sa mill-bidu tal-proċess.

Tags