Internazzjonali Kurżitajiet

EUROVISION: L-Iżlanda mhux se tkun live fis-semi finali tal-lejla minħabba każ ta’ Covid

L-Iżlanda se jkollha tagħti l-wirja tagħha b’mod virtwali wara li wieħed mill-membri tal-band tagħha ttestja pożittiv għall-Covid-19.

Il-band bl-isem ta’ Daði og Gagnamagnið se tkun qed tikkompeti fis-semi finali tal-lejla f’Rotterdam iżda mhux se tkun tista’ tagħmel dan b’wirja live fuq il-palk u minflok se jkun qed jixxandar recording tal-prova li għamlu fir-Rotterdam Ahoy ġimgħa ilu.

Il-kantant tal-band Daði Freyr f’kummenti li ta qal li l-aħbar tar-riżultat pożittiv ta’ sieħbu ġiet bħala sorpriza.

Hu qal li l-band ħadet deċiżjoni iebsa li ma tipparteċipax b’mod live għax ma riedux li jagħtu wirja b’membru minn tagħhom nieqes.

Il-kontinġent tal-Iżlanda jinsab fl-istess lukanda li fih hemm dak Malti, kif ukoll dawk tal-Polonja u tar-Rumanija.