Sal-2019, l-ammont ta’ vetturi liċenzjati fit-toroq tagħna kienu 397,508. Filwaqt illi fil-prattika, fuq 12-il xahar pajjiżna esperjenza żieda netta ta’ 12,182 vettura – li jfisser żieda medja ta’ kważi 33 vettura kuljum.
Dan joħroġ mill-pubblikazzjoni tal-NSO illi tagħti ħarsa lejn is-settur tat-trasport għas-sena 2019.
L-NSO juri li mit-total ta’ vetturi, 307,130 kienu karozzi tal-passiġġieri. Għalkemm bħala persentaġġ, l-akbar żieda fuq l-2018 kienet fl-ammont ta’ minibuses li hawn fit-toroq Maltin.
Iċ-ċifri marbuta mal-vetturi elettriċi huma xokkanti għaliex jagħtu stampa ta’ kemm hemm bżonn aktar inċentivi f’dan is-settur – inċentivi li dwarhom tkellem il-PN fid-dokument tiegħu dwar l-enerġija. L-NSO jikkonferma li bħalissa għandna madwar 4,500 vettura li taħdem hybrid jew bl-elettriku. dan in-numru huwa biss 1.1% tat-total ta’ vetturi f’pajjiżna.
Interessanti l-fatt li fl-2019 kienu misruqa 250 vettura, li minnhom ġew irkuprati 124.
//= $special ?>