Il-paġna ta’ Replay (Net Television) tinsab infurmata li fl-aħħar ħin, il-President Frank Zarb ta r-riżenja tiegħu minn President ta’ Birkirkara F.C. L-aħbar tasal lejliet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-klabb, u din il-paġna tifhem li matul l-AĠM se jitressqu ħames ismijiet ta’ persuni li se jkunu qed jagħżlu l-Kumitat il-ġdid. Wieħed minn dawn il-ħamsa se jkun il-President il-ġdid.
Sorsi qrib il-klabb indikaw li l-iktar isem probabbli li jieħu f’idejh it-tmexxija tal-klabb hu l-Viċi President attwali Michael Valenzia li jidher li jgawdi l-maġġoranza tal-appoġġ. Valenzia ilu żmien twil iservi lill-klabb f’diversi rwoli, fosthom bħala Viċi President u wkoll Direttur Tekniku. Frank Zarb kien ilu jokkupa l-kariga ta’ President ta’ Birkirkara F.C. minn Ġunju tal-2017 wara li Adrian Delia rriżenja biex jidħol fil-politika.
//= $special ?>