L-eks President ta’ Franza, Nicolas Sarkozy, beda għaddej ġuri b’konnessjoni mal-allegat iffinanzjar illegali tal-kampanja tal-2012 biex hu jerġa’ ikun elett President. Sarkozy, li jiċħad l-akkużi, jinsab mixli – flimkien ma’ 13-il imputat ieħor – dwar ir-rwol tagħhom fl-iskandlu mlaqqam ‘Bygmalion’.
L-imputati allegatament nefqu l-għexieren ta’ miljuni aktar milli suppost fuq il-kampanja elettorali filwaqt li qabbdu kumpanija tar-relazzjonijiet pubbliċi biex taħbi dan l-abbuż.
Il-proċess jinvolvi sfida legali oħra għal Sarkozy li serva mandat ta’ ħames snin (mill-2007) bħala President u li nstab ħati dwar korruzzjoni aktar kmieni din is-sena. Dan il-ġuri suppost li kien beda f’Marzu iżda kellu jkun pospost peress li avukat ewlieni kien marad bil-Covid-19.
//= $special ?>