EURO 2020 Sport

Għadd ta’ players żagħżagħ fl-iskwadra tal-Maċedonja

Il-coach Igor Angelovski sejjaħ skwadra ta’ 26 player għall-ewwel esperjenza tal-Maċedonja fil-fażi finali tal-Euro 2020. Mill-aħħar waqfa internazzjonali, Angelovski għamel għadd ta’ bidliet fejn minflok il-goalkeeper veteran Martin Bogatinov għażel lill-goalkeeper żagħżugħ Jankov.

Angelovski għażel li jsejjaħ ukoll liż-żgħażagħ Darko Churlinov li għalih se tkun l-ewwel esperjenza mat-tim nazzjonali kif ukoll l-attakkant Milan Ristovski. Il-Maċedonja se jkunu qed jilgħabu żewġ partiti ta’ ħbiberija qabel l-Euro 2020. Il-Maċedonja se jiftħu l-impenji tagħhom fit-13 ta’ Ġunju u se jkunu qed jilgħabu fi Grupp Ċ flimkien mal-Awstrija, l-Ukranja u l-Olanda.

L-iskwadra msejjħa minn Angelovski hija:

Goalkeepers: Stole Dimitrievski (Rayo Vallecano), Damjan Shishkovski (Doxa), Riste Jankov (Rabotnicki Skopje)

Difensuri: Stefan Ristovski (Dinamo Zagreb), Visar Musliu (Fehervar), Egzon Bejtulai (Shkendija), Kire Ristevski (Ujpest), Gjoko Zajkov (Charleroi), Darko Velkovski (Rijeka), Ezgjan Alioski (Leeds United)

Midfielders: Arijan Ademi (Dinamo Zagreb), Enis Bardhi (Levante), Stefan Spirovski (AEK Larnaca), Boban Nikolov (Lecce), Tihomir Kostadinov (Ruzomberok), Ferhan Hasani (Partizani Tirana), Eljif Elmaz (Napoli), Daniel Avramovski (Kayzerispor), Darko Churlinov (Vfb Stuttgart), Marjan Radeski (Akademija Pandev)

Attakkanti: Goran Pandev (Genoa), Aleksandar Trajkovski (Real Mallorca), Ivan Trichkovski (AEK Larnaca), Vlatko Stojanovski(Chambly), Krste Velkovski (Sarajevo), Milan Ristovski (Spartak Trnava)