Talanqas seba’ priġuniera tilfu ħajjithom waqt battalji fit-tul bejn membri ta’ gangs rivali li qed jinżammu f’kumpless ta’ ħabs, fl-inħawi ta’ Quetzaltenango.
Ħafna mill-vittmi spiċċaw b’rashom maqtugħa fost il-ġlied li nqala’ bejn il-membri tal-grupp Mara Salvatrucha u r-rivali tal-grupp Barrio 18.
Il-ħabs inkwistjoni suppost li jżomm massimu ta’ 500 iżda fil-preżent jinsab ippakkjat b’aktar minn 2,000 priġunier.
L-aħħar rapporti qalu li l-battalji fil-ħabs seħħew wara li ħabsi partikulari kien ordna lil sħabu biex jattakkaw lill-membri ta’ gang rivali bħala ritaljazzjoni għall-qtil ta’ martu. Din il-mara kienet sfat maqtula ‘ftit sigħat biss qabel il-ġlied’ minn irġiel fuq muturi li fetħu n-nar għal fuqha.
Skont il-pulizija, il-ħabsi indikat bħala l-instigatur tal-vjolenza bejn il-gangs rivali qed jiskonta sentenza ta’ priġunerija għal omiċidju.
//= $special ?>