EURO 2020 Futbol Sport

Ibra għadu qed jittama li jilgħab fil-Euro 2020

Zlatan Ibrahihmovic

Zlatan Ibrahimovic jirrifjuta li jċedi l-armi u f’post fuq il-profil tiegħu ta’ Instragram, fl-aħħar sigħat tellgħa ritratt tiegħu jitħarreġ fuq ir-rota u kiteb li ‘sakemm ngħid jien, xejn m’hu mitmum.’ L-attakkant Żvediz ta’ Milan, weġġa’ irkoptu fil-jiem li għaddew f’partita kontra Juventus u l-indikazzjonijiet huma li l-plejer ta’ 39 sena se jkollu jdum barra għal tal-anqas sitt ġimgħat.

Agħfas hawn biex tara l-post fuq il-profil ta’ Instagram ta’ Zlatan Ibrahimovic

Issa, ‘Ibra’ irrikorra għal fuq il-midja soċjali biex jagħti x’jifhem li t-tamiet tiegħu li jilgħab fil-Euro 2020 għadhom ħajjin u m’huwiex lest li jċedi mill-possibiltá li jilgħab dik li bil-probabiltá kollha tkun l-aħħar darba tiegħu li jilgħab fil-Kampjonati Ewropej mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu. M’huwiex magħruf kif Ibrahimovic jista’ jisforza lilu nnifsu fl-iskwadra ta’ Janne Andersson, anke għaliex aktar kmieni din il-ġimgħa, l-istess kowċ sejjaħ l-iskwadra ta’ 26 plejer għall-Euro 2020. F’din is-selezzjoni, Ibrahimovic tħalla barra u minflok kien mgħajjat Jordan Larsson ta’ Spartak Moskow.

Zlatan Ibraihimovic tellgħa dan ir-ritratt fuq il-profil tiegħu ta’ Instagram biex juri li jinsab determinat li jirritorna għall-logħob, u jilgħab fil-Euro 2020.