Futbol Sport

Il-Covid-19 iħarbat it-tim ta’ River Plate

(Ritratt: EPA)

F’partita mill-Copa Libertadores, River Plate kellhom xejn inqas minn 25 player nieqes mill-iskwadra hekk kif il-virus tal-Covid-19 għamel ħerba mit-tim. Fost l-oħrajn River Plate kellhom 4 goalkeepers f’iżolament b’konsegwenza li l-midfielder Enzo Perez jilgħab goalkeeper u jirbaħ l-Player tal-Partita fir-rebħa ta’ 2-1 fuq Santa Fe.

Il-coach Marcelo Gallardo kellu biss 12-il player għad-dispożizzjoni tiegħu, bit-talba ta’ River Plate biex jinkludu fil-lista żewġ goalkeepers żagħżagħ tkun miċħuda mill-CONMEBOL.