Internazzjonali

Il-Hamas ibassru waqfien mill-ġlied fil-qrib imma Netanyahu juri bil-kontra

Filwaqt li l-Hamas qed ibassru waqfien mill-ġlied fil-jiem li ġejjin, il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu qed jinsisti li hu determinat li jibqa’ għaddej bl-attakki fuq Gaza sakemm skont hu, jerġa jkun hemm kalma u sigurtà għaċ-ċittadini Iżraeljani

Rapporti fil-media internazzjonali qed jitkellmu saħansitra dwar estremisti Iżraeljani li qed joħolqu gruppu sigrieti fuq pjattaformi virtwali biex jorganizzaw aktar attakki vjolenti.

Skont ir-rapporti, dawn il-gruppi qed jużaw dawn il-pjattaformi wkoll biex ixerrdu l-mibgħeda kontra l-Izraeliti Għarab.