Futbol Sport

Il-Lega taċċetta t-talba ta’ Inter biex għall-aħħar partita jidħlu elf spettatur f’San Siro

Il-Lega tas-Serie A, aċċettat it-talba ta’ Inter biex għall-aħħar partita ta’ nhar il-Ħadd jitħallew jidħlu elf spettatur fi Stadio San Siro. Nhar il-Ħadd Inter jilgħabu l-aħħar partita tal-Kampjonat kontra Udinese fejn se jkunu qed jingħataw ukoll it-trofew wara li rebħu il-kampjonat.

Il-biljetti mhux se jkunu allokati għall-partitarji iżda se jingħataw lill-familji tal-players u persuni distinti oħra. Inħareġ ukoll permess għall-4,500 partitarju biex jinġabru barra l-istadium għaċ-ċelebrazzjonijiet li se jsiru wara l-partita fejn fost l-oħrajn mhux se jkun qed jinbiegħ xorb alkoħoliku.