Bosta Mostin jinsabu rrabbjati għall-mod kif inħmew pjanijiet minn wara darhom biex jinqala’ monument eżistenti u li sar bl-isforz tar-residenti biex minflok jitpoġġa monument ieħor.
Jidher li l-kontroversja bdiet meta waqt laqgħa tal-Kunsill, ġie ppreżentat pjan għal xogħolijet infrastrutturali li jinkludu li roundabout bejn Triq id-Difiża Ċivili uTriq il-Missjunarji Maltin tkun imċekkna.
Waqt l-istess laqgħa, is-Sindku qalet li minħabba li r-roundabout se tkun qed tiċkien, il-monument li jeżisit bħalissa b’tifkira tal-Missjunarji Maltin se jkollu jitneħħa u minflok se jkun hemm biss landscpaning.
Madankollu aktar tard wara l-istess laqgħa, intqal li minflok il-monument eżistenti kien se jitpoġġa monument ġdid skont ix-xewqa tal-Mostin.
Izda s-sit Maltatoday din il-ġimgħa ppubblika disinn ta’ statwa ta’ Santa Marija li jidher li se jkun il-monument li se jieħu post dak eżistenti. Ironikament, dan id-disinn hu ta’ statwa ta’ 7 metri – jiġifieri akbar mill-monument li hemm fil-post.
Jidher li dan hu disinn meħud fuq statwa li preżentement hi propjetà tal-Każin Santa Marija – li tiegħu hu President il-Viċi Sindku tal-Mosta Chris Grech. Filfatt il-Każin għandu fil-pussess tiegħu statwa identika għal dik li dehret fuq il-Maltatoday u li hija magħmula mill-fibre.
Waqt il-laqgħa tal-Kunsill ittieħed vod dwar iċ-ċaqliq tal-monument oriġinali, li għadda b’sitt voti tal-kunsilliera Laburista favur u ħames voti tal-kunsilliera Nazzjonalisti kontra.
Intant wara li nqalgħet kontroversja sħiħ dwar dan, il-Ministru responsabbli minn Infrastructure MaltaIan Borg issa qal li l-entità mhux se tipproċedi bir-rilokazzjoni tal-monument u ta x’jifhem li din kienet oriġinarjament talba l-Kunsill innifsu.
Ħafna Mostin qed jikkritikaw bl-aħrax din id-deċiżjoni anke fuq il-media soċjali.
//= $special ?>