Tħabbret il-mewt ta’ Lee Evans l-eks atleta li kien iżomm ir-rekord dinji tal-400 metru. Evans li miet fl-eta ta’ 74 sena huwa rebbieħ ta’ żewġ midlaji tad-deheb tal-Olimpjadi fejn kien irnexxielu jikser ir-rekord tal-400 metru f’ħin ta’ 43.86 sekonda fl-Olimpjadi tal-Messiku tal-1968.
Evans rebaħ ukoll l-4×400 metru relay fl-istess Olimpjadi u kien il-fundatur tal-Olympic Project for Human Rights, proġett li wera l-inġustizzji razzjali li seħħew fl-Amerika qabel l-Olimpjadi tal-1968. Hu kien ukoll coach tan-Niġerja u tal-Arbja Sawdita wara li temm il-karriera tiegħu bħala atleta.
//= $special ?>