Chris Said, PN
Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li r-reġistrazzjoni ta’ meded kbar ta’ art fin-Nadur hi abbużiva u għandha titwaqqaf.
Fil-parlament Chris Said qal li kieku saret il-verifika li kellha ssir qatt ma kien jgħaddi ż-żmien biex jitressaq abbozz. Hu kompla li sentejn ilu, bla ma kien jaf ħadd, partijiet sostanzjali min-Nadur daħlu fiż-żona ta’ Reġsitrazjzoni.
Fi ftit ġimgħat ken hemm entità li rreġistrat meded kbar ta’ artijiet li daħlu f’din iż-żona. Sa ftit ġimgħat qabel din l-entità ma setgħetx tirreġistra dawn l-artijiet, wara li kien ilu snin ma jiżdiedu ż-żoni.
Fis-snin ta’ qabel, meta r-residenti li kelhom l-artijiet, ma setgħux jirreġistraw dawn l-artijiet. Kumbinazzjoni li dawn iż-żoni daħlu fiż-żona ta’ reġistrazzjoni uw ara ftit.
Entità partikolari rreġistrat il-meded kbar? Konvint li din mhix kumbinazzjoni, sostna Chris Said, li kompla li ftit wara r-Reġistratur tal-Artijiet joġroġ iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni.
Chris Said kompla li f’ħafna drabi li ż-żmien li jttieħed biex joħroġ dan iċ-ċertifikat ikun konsiderevoli. Hu żied li ċ-ċertifikat ħareġ fuq pjanta ta’ snin wtal ilu u fuq pjanta il-konfini huma ma’ toroq li kienu ffurmati madwar 50 sena ilu. Dawn il-pjanti ma jindikaw imkien fejn huma l-meded tal-lum.
Kumbinazzjoni wkoll li dawn il-pjanti ta’ 400 sena ilu kellhom il-konfini eżatt mat-toroq ta’ 50 sena ilu? Anki fuq dan biss, ir-Reġistratur tal-Artijiet ma kellux jaċċetta dik ir-reġsitrazzjoni u kellu jibgħat kollox lura; l-awtoritajiet kellhom jagħmlu l-investigazzjonijet dwar kif saru dawn l-affarijiet.
Chris Said kompla li wara sena u nofs ma kien hemm xejn dwar din l-investigazzjoni. Hu żied li l-gvern raqad fuq din is-sitwazzjoni iżda ftit ġranet wara li faqqgħet il-kwistjoni, il-Prim Ministru żar lill-familji fin-Nadur. Il-pass kellu jkun li ssir investigazzjoni serja biex tikkonferma li kien hemm abbuż u li l-applikazzjoni u reġistrazzjoni kellha tkun irtirata.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li d-deputati Nazzjonalisti Għawdxin huma impenjati favur ir-residenti tan-Nadur iżda l-Ministri Għawdxin tal-gvern huma siekta.
Chris Said staqsa x’kienu l-konklużjonijiet tal-proċess ta’ verifika li l-gvern qal li qed jagħmel anzi l-gvern ipprova jnessi dak li kien għaddej dan il-proċess; f’daqqa l-gvern ippreżenta emenda li tagħti poteri lill-ministru u emenda kif il-gvern se jista’ jagħmel kawża lill-gvern stess… l-Avukat tal-Istat kontra r-Reġistratur tal-Artijiet. Kien hemm soluzzjonijiet amministrattivi li l-gvern missu ħa, iżda ma ħadhomx.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li għandu jkun stabbilit min kien talab li l-meded ta’ art jidħlu fiż-żona ta’ reġistratur, kemm wara saret ir-reġistrazzjoni u kemm għadda ħin minn meta daħlet l-applikazzjoni sa meta ħareġ iċ-ċerifikat ta’ approvazzjoni. Ir-Reġistratur tal-Artijiet talab iżjed informazzjoni? Talabha wara li kien ħareġ iċ-ċertifikat u jekk iva x’talabha jagħmel? Ma kienx ċert?
Din l-applikazzjoni kellha tkun sospiża u irtirata u r-residenti kellhom jirreġistraw skont il-wirt kif ġiet il-propjetà għandhom, sostna Chris Said, li qal li l-proċess hu wieħed null u ivvizzjat għax kien hemm l-irregolaritajiet. Il-gvern sisa qed jitfa’ kollox il-qorti; flok għalqu l-investigazzjonijiet, sostna Chris Said.
Dwar ir-Reġsitrau tal-Artijiet, Chris Said qal li hemm bżonn rifoma kbira f’dan is-settur.
//= $special ?>