Lokali

“Irridu nuru l-imħabba lejn xulxin” – L-Arċisqof ta’ Malta

“Irridu dejjem nuru l-imħabba lejn xulxin, biex nagħtu eżempju lill-oħrajn.”

Kien dan il-messaġġ li wassal l-Arċisqof ta’ Malta, Charles Scicluna waqt l-omelija tiegħu fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddies li saret fis-Seminarju Tal-Virtù waqt il-live-in annwali ghall-kappillani kollha ta’ Malta u Għawdex.

Hekk kif il-Ħamis giet iccelebrata il-festa ta’ San Bernardinu ta’ Siena, l-Arċisqof qal li dan il-qaddis dejjem għamel atti ta’ karità mingħajr daqq ta’ trombi, iżda kien jagħmel dan f’sens ta’ imħabba lejn ħaddieħor.

L-Arċisqof fakkar li l-imħabba għandha tibda mill-qaddejja ta’ Kristu biex jagħtu eżempju lil dawk ta’ madwarhom. Hu tkellem dwar l-importanza li l-lajċi ma jiqfux biss bil-parteċipazzjoni fil-gruppi Insara, iżda jwasslu wkoll l-imħabba u r-rispett fil-parroċċa tagħhom.

Il‑live‑in, li ġie organizzat mill‑Kunsill tal‑Kulleġġ tal‑Kappillani, provda wkoll ħin għat‑talb u għal diskussjoni bejn il‑kappillani u l‑isqfijiet.